Geografija

Il-Mappa ta’ Birkirkara

Birkirkara kienet u għadha wieħed mill-akbar postijiet f’Malta, popolazzjoni ta’ madwar 23,000 persuna. Barra mill-kobor tagħha llum, kienet tinfirex ukoll ma’ nhawi fejn illum hemm numru ta’ rħula oħra. Dawn kienu Santa Venera, biċċa mill-Ħamrun, l-Imsida, Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħal Mann u Ħal Bordi. Maż-żmien dawn il-postijiet inqatgħu minn ma’ Birkirkara u saru parroċċa għalihom għax il-popolazzjoni tagħhom kienet dejjem qiegħda tikber.

Mappa ta' Birkirkara

Fuq